Ilment dwar żbalji fuq il-polza tal-vot; il-Kummissjoni tiċċara

Luke Zerafa

Read in English.

Il-Kummissjoni Elettorali wieġbet għall-ilment imressaq mill-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia li lmenta dwar proċessi li ntużaw f’polling booth.

Newsbook.com.mt ra l-ittra mibgħutha llum waranofsinhar lill-Kummissjoni Elettorali fejn għarraf lill-membri tal-Kummissjoni li fil-Kamra tal-votazzjoni li fiha kien hemm hu, kien hemm persuna li ħadet żball fuq il-vot kif kitbitu. Talbet karta oħra, iżda l-karta tal-vot invalidu ġiet ikkanċellata b’marka bil-lapes. Farrugia insista mal-Kummissjoni biex jintużaw il-biros.

Minkejja dan, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija li l-voti li jkunu ġew ikkanċellati jitħassru bil-lapes.

Intant, Farrugia lmenta wkoll li persuna nieqsa mid-dawl staqsiet biex jagħtu l-vot lilu iżda l-Assistenti Kummissjonarji fil-kama tal-vot qalulha li ma jeżistix Dr Farrugia.

Fi tweġiba, membru tal-Kummissjoni Elettorali informa lil Farrugia li fuq ilment tiegħu kien għadu kemm ta struzzjonijiet biex il-persuna responsabbli mill-polling station tfakkar lill-Assistenti Kummissjonarji kollha f’dik l-iskola dwar kif għandhom jagixxu u x’għandhom isaqsu lill-elettur li jkun talab l-għajnuna billi tiġi imposta l-mistoqsija tas-soltu, ċioe, “Liema kandidat tixtieq l-aktar li jkun elett”.

Kompli segwi aktar aħbarijiet dwar l-elezzjoni:

LIVE: L-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u Kunsilli Lokali 2019