Ilma ikkontaminat fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

L-aġenzija nukleari tal-Ġappun żiedet il-livell tal-kontaminazzjoni tal-ilma qrib l-impjant nukleari ta’ Fukushima minn wieħed għal tlieta fl-iskala internazzjonali.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li xi ilma ikkontaminat ħareġ minn tank fl-impjant.

L-Awtoritajiet Ġappuniżi qed isostnu li din hija miżura proviżorja li għad trid tiġi kkonfermata mal-Aġenzija Nukleari tal-Ġnus Magħquda.

Din hija l-ewwel darba li l-Gvern Ġappuniż żied il-livell tas-sigurta’ mit-tsunami u t-terremot li laqat lill-pajjiż fl-2011.