Ilma għal 1,250 bidwi Għawdxi

MGOZ

Il-Ministru għall-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li bl-inawgurazzjoni tal-impjant ta’ Ras il-Ħobż f’Għawdex il-bdiewa Għawdxin jistgħu jgawdu minn provvista ta’ ilma ta’ kwalità għolja msejjaħ new water. Mal-1,250 bidwi Għawdxi diġà talab assistenza mill-Gvern matul l-aħħar sena.

Dwar il-produzzjoni ta’ dan l-ilma Mizzi qal li sistema rigoruża ta’ tisfija se tipproduċi ilma ta’ kwalità għolja mid-drenaġġ li jkun jista’ jintuża għall-biedja u għall-industrija. Dwar il-produzzjoni tal-ilma f’Għawdex, Mizzi żied jgħid li bħalissa għaddej studju biex jinbena l-impjant ġdid ta’ desalinizzazzjoni f’Ħondoq ir-Rummien.

Il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana qalet li wara ħafna snin ta’ stennija issa l-bdiewa Għawdxin se jkollhom ilma b’xejn.