Illum tiżżewweġ l-attriċi Marica Mizzi

Joe u Marica Cassar

Ġurnata speċjali għall-attriċi u preżentatriċi Marica Mizzi li llum se tkun qed tiżżewweġ lis-sieħeb tagħha Joe Cassar, editur mal-ġurnali tal-media.link

Mizzi hija magħrufa sew fil-qasam tad-drama, b’mod partikolari għas-sensiela Santa Monika fejn kienet tinterpreta l-karattru ta’ Sandra Debono.

Mill-istaġun tal-ħarifa se nkunu qed narawha fis-serje ġdida Iż-Żagħka li se tintwera fuq Net kull nhar ta’ Tnejn fid-8.45pm, Hija se tkun qed tinterpreta l-karattru tal-Assistent Kummissarju Vivienne Xerri.

AQRA: Ikompli l-ġbid fuq id-drama televiżiva Iż-Żagħka

Marica Mizzi hija wkoll magħrufa bħala Nancy fis-sensiela Ipokriti, u dan l-aħħar erġajna rajniha wkoll fir-ripetizzjoni tas-sensiela Kuġini.