Illum tintemm l-isfida tal-LifeCycle

Mal-wasla tagħhom f’San Pietruburgu, ir-Russja, iċ-ċiklisti tal-LifeCycle jtemmu l-sifida tagħhom ta’ din is-sena.

Din is-sena ċ-ċiklsiti kellhom sfidi ġodda. Toroq twal, influwenza u ma naqsux l-inċidenti.

S’issa, matul din l-isfida nġabbru mal-€130,000. Flus li se jmorru għar-Renal Unit li tgħin lill-pazjenti morda bil-kliewi.

Ir-rotta tal-LifeCycle din is-sena kienet tibda fil-Belarus. Il-maratona tal-LifeCycle bdiet fl-1999 u b’kollox żaru mas-36 pajjiż differenti. Din is-sena ċ-ċiklisti kellhom jaqsmu mal-2,000 kilometru f’perjodu t’għaxar t'ijiem.

Sadanittant tista' tgħin lill-pazjenti morda bil-kliewi billi tagħti donazzjoni fuq:  www.lifecyclechallenge.com.