Illum tidħol fis-seħħ il-miżura dwar il-lista ta’ pajjiżi oranġjo

Miguela Xuereb

Mil-lum tidħol fis-seħħ il-miżura dwar il-lista tal-pajjiżi oranġjo, jiġifieri pajjiżi li huma meqjusin ta’ periklu u li n-nies li jaslu minnhom iridu jipprovdu ċertifikat li juri li għamlu t-test tal-coronavirus fit-72 siegħa ta’ qabel u rriżulta fin-negattiv.

Din hija waħda mill-miżuri li ħabbar il-Ministeru tas-Saħħa nhar it-Tnejn li għadda bħala parti mill-kontroll tal-imxija tal-coronavirus, billi fl-aħħar xahar il-każijiet f’Malta żdiedu ġmielhom.

It-tliet pajjiżi li jinsabu fuq il-lista bħalissa huma l-Bulgarija, ir-Rumanija u tlett ibliet Spanjoli: adrid, Barċellona u Girona. Il-passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jkollhom jagħmlu swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jintalbu li joqogħdu kwarantina.

Din il-lista hija effettiva mil-lum f’nofsillejl. Kull ġimgħa se tiġi riveduta, u għandu jingħata ħamest ijiem ċans minn meta tiġi ppubblikata.

Ilbieraħ sar l-akbar għadd ta’ swab tests li qatt sar fil-Gżejjer Maltin, aktar minn 3,000, u minn dawn, ħarġu 40 każ pożittiv.

Il-każijiet tal-bieraħ
40 każ ġdid tal-coronavirus

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn