Illum tasal Malta r-Reġina

Ir-Reġina Eliżabetta II se tibda ż-żjara tagħha f’Malta llum, ġurnata biss qabel jingħata bidu għal-Laqgħa Ġenerali tal-Kapijiet ta’ Stat tal-pajjiżi tal-Commonwealth (iċ-CHOGM).
Possibilment dan jista’ jkun l-aħħar summit ta’ bejn il-pajjiżi membri tal-Commonwealth tar-Reġina.
Ir-Reġina mistennija tasal Malta għall-ħabta tat-3.30 ta’ waranofsinhar.
Minħabba t-temp kiefer, iċ-ċerimonja tal-wasla se ssir fil-Palazz ta’ San Anton f’Ħ’Attard minflok fil-Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
Flimkien mar-Reġina Eliżabetta se jkun hemm tliet membri oħra tal-familja rjali.