Illum se jsir l-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Illum fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar se jsir l-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru nhar is-sibt li għadd fl-istess jum li saret l-elezzjoni ġenerali.

Għal dawn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali nofs l-elettorat kien imsejjaħ biex jivvota. Kien hemm elezzjoni lokali fi 33 lokalità. Is-Sibt filgħaxija, wara l-għeluq tal-votazzjoni, il-Kummissjoni Elettorali ppubblikat iċ-ċifri fejn qalet li ivvutaw 82% ta’ dawk intitolati jivvutaw.

Il-lokalitajiet bl-ogħla perċentwal kienu l-Imtarfa u l-Gudja 94% filwaqt li dawk bl-inqas perċentali kien tas-Sliema 57%. Il-kaxxi mistennija jinfetħu għal ħabta tat-8.00 a.m.