Illum se jibda jiġi ġġenerat l-elettriku bil-gass

Il-Partit Laburista (PL) qal li mil-lum, Malta se tibda tuża l-gass biex tiġġenera l-elettriku, minflok il-heavy fuel oil.
Fi stqarrija, il-PL iddeskriva dan il-jum bħala wieħed storiku, u sostna li din kienet wegħda elettorali li żamm kelmtu magħha.
Filwaqt li rrimarka li din il-qalba tfisser arja nadifa u nifs ġdid lin-nofsinhar ta’ Malta, il-PL elenka xi kisbiet tal-Gverb fil-qasam tal-enerġija, fosthom;

  • It-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma bi €80 miljun
  • Il-qawmien mill-ġdid tal-Enemalta
  • Arja aktar nadifa
  • It-tneħħija taċ-ċumnija f’Marsaxlokk li kienet qed tkerrah l-ambjent
  • L-gġeluq tal-powerstation tal-Marsa