Illum se jaslu aktar pazjenti mil-Libja

Aktar pazjenti mistennija jaslu Malta mil-Libja, hekk kif ajruplan-ambulanza se jasal illum wara nofsinhar.
L-ajruplan-ambulanza se jħalli l-ajruport ta’ Misurata u mistenni jinżel Malta għal ħabta tat-2.45pm. Għadu mhux magħruf jekk il-pazjenti fl-ajruplan-ambulanza humiex Maltin jew Libjani.
Ilbieraħ żewġ Libjani feruti twasslu Malta għal ħabta tal-11 ta’ filgħaxija u ttieħdu l-Isptar Mater Dei.
Barra minn hekk, ilbieraħ filgħaxija waslu 140 passiġġieri abbord titjira kummerċjali tal-Libyan Airlines. Tlieta mill-passiġġieri kienu Maltin.