Isir il-funeral ta’ Jonathan Pace

Illum waranofsinhar sar il-funeral ta’ Jonathan Pace, l-eks-propjetaru ta’ Tyson Butcher, hekk kif il-katavru tiegħu kien rilaxxat mill-Qorti.
Il-funeral ta’ Pace, li nqatel ftit ġimgħat ilu fil-Fgura, sar fil-knisja ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun.
Jonathan Pace intlaqat b’ħames tiri f’sidru waqt li kien fil-gallarija ta’ appartament fil-Fgura u miet ftit wara fl-isptar Mater Dei. Hu kien ilu biss joqgħod f’dan l-appartament ġimagħtejn, jiġifieri mindu ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Vince Muscat, li seħħ fit-8 t’April li għadda.