Illum Robert Abela se jwieġeb il-mistoqsijiet li bagħtu l-qarrejja

Miguela Xuereb

Read in English.

Illum fl-4pm il-Membru Parlamentari Robert Abela se jkun LIVE fuq Newsbook.com.mt biex iwieġeb l-għadd ta’ mistoqsijiet li jixtieq jagħmel Newsbook.com.mt kif ukoll li għamlu l-qarrejja ta’ dan is-sit u s-semmiegħa ta’ 103 Malta’s Heart.

Abela li qed jaspira li jkun Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru fi ftit ġimgħat oħra, se jkun intervistat minn Fr Joe Borg waqt programm speċjali li se jixxandar fuq Newsbook.com.mt illum fl-4pm u għada fid-9am fuq 103 Malta’s Heart.

Il-Ġimgħa li għaddiet kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li wieġeb għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt u tal-qarrejja ta’ Newsbook.

Robert Abela se jkun mistoqsi dwar il-programm politiku li qed jipproponi kif ukoll dwar diversi suġġetti oħra li dwarhom staqsew il-qarrejja tagħna.

Newsbook.com.mt se jkun LIVE fl-4pm.