Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp

Illum id-19 ta’ Marzu, qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp. Għalkemm f’Malta l-festa ta’ San Ġużepp mhix festa kmandata, din hija festa pubblika.

Il-festa tiġi ċċelebrata fost oħrajn fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu tal-Patrijiet Franġiskani Minuri fir-Rabat.

Dalgħodu għandha ssir quddiesa pontifikali mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona. Illejla mbagħad issir purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp.