Illum qed issir il-votazzjoni biex jinħatar President Ċiprijott ġdid

L-elezzjoni Presidenzjali f’Ċipru qed issir fi żmien fejn is-sitwazzjoni ekonomika tal-istess pajjiż qed tħalli impatt ħażin fuq iż-żona Ewro, b’aktar minn miljun votant qed jagħtu iżjed importanza lit-theddida li l-pajjiż jista’ jfalli milli d-diviżjoni li hemm bejn il-Griegi u t-Torok li jgħixu fl-istess pajjiż.

Stħarriġ dwar l-opinjoni pubblika qed ipoġġi lil mexxej konservattiv Nicos Anastasiades fuq quddiem. Dan qed iwiegħed li jintlaħaq ftehim internazzjonali malajr kemm jista’ jkun biex tiġi miġġielda l-kriżi finanzjarja. Huwa jinsab fuq quddiem tar-rival xellugi Stavros Malas, kandidat indipendenti b’sostenn kommunist.

It-tielet kandidat prinċipali huwa Giorgos Lillikas li għandu sapport mis-soċjalisti u huwa kontra s-self mingħand pajjiżi oħra, għax jemmen li din il-manuvra tiggrava r-riċessjoni. Dan hekk kif il-qgħad f’Ċipru tela’ għal 15%, filwaqt li l-pagi u l-benefiċċji ġew imnaqsa u l-banek sofrew telf kbir. Ta’ min jgħid li dan il-pajjiż għandu bżonn €17 –il miljun biex iqum fuq saqajh.