Illum niddedikawh għall-ħarsien tal-annimali…

Ottubru hu x-xahar tal-annimali, bil-festa ta’ San Franġisk t’Assisi tbierku fl-ewwel ġimgħa tiegħu.
Illum Malta qed tiċċelebra jum iddedikat għall-ħarsien tal-annimali kollha.
Huwa jum li jfakkarna fid-dmir tagħna li nieħdu ħsieb ’l-annimali, jew jekk le tal-inqas ma noħolqulhomx xkiel biex ikunu jistgħu jeżistu flimkien magħna u ħdejna, f’dinja li hi żgħira imma kbira biżżejjed biex tiflaħ lil kulħadd.
Niftakru li, fl-aħħar mill-aħħar, il-bniedem ukoll annimal, u żviluppat kemm hu żviluppat, bl-ebda mod m’għandu xi ċertifikat biex iħossu superjuri…
Sadanittant, illum fl-Għammieri se jkun hemm għadd ta’ attivitajiet marbutin ma’ dit-tema.
Se jkun hemm mixja bil-klieb, palk prinċipali fejn matul il-ġurnata se ikun hemm numru kbir ta’ attivitajiet fosthom l-għoti tal-premijiet għal kompetizzjoni ddedikata għall-annimali li saret waqt SkolaSajf 2017, bosta stands ta’ għaqdiet mhux governattivi u  esibizzjonijiet fost l-oħrajn ta' tjur, fniek, rettili u ħut.
Għall-ewwel darba f'attività simili se jiġu organizzati xows kompetittivi għall-klieb u ponijiet ta’ shetland fejn ġurija apposta se tkun qed tiġġudika l-parteċipanti f'dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet kif ukoll logħob għat-tfal akkompanjati mal-klieb tagħhom.
Dawk li jattendu se jkollhom ukoll iċ-ċans li jieħdu ritratt ma’ pony b’donazzjoni tmur għal Puttinu.
Jekk għandek xi ritratti sbieħ ta' annimali ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt 
Ritratti: Arkivji, Larissa Grixti, Jake Cutajar, Neville Bonnici, Alexia Gatt, Mifsud MG, AntDan Axiaq, Bernice Fenech, Mark Gardell, Victoria Bezzina, Rita Duca Carachi, Clint Cilia, Carolyn Cini, Sylvana Debono, Francesca Cauchi, Dorianne Debono.