Illum mistennija l-approvazzjoni tal-vaċċin fl-UE

Read in English.

Ir-regolatur tal-mediċini tal-Ewropa nhar it-Tnejn ser jiltaqa’ biex jivvaluta u jawtorizza l-vaċċin COVID-19 żviluppat b’mod konġunt minn Pfizer u BioNTech.

L-awtorizzazzjoni ta’ dan il-vaċċin hija mistennija hekk kif numru pajjiżi tal-Unjoni Ewropea inklużi l-Ġermanja, Malta, l-Awstrija u l-Italja qalu li qed jippjanaw li jibdew it-tilqim mis-27 ta’ Diċembru. 

Pajiżi Ewropej ser jibdew it-tilqima mis-27 ta’ Diċembru
Il-pajjiżi tal-UE qed jippjanaw li jibdew it-tilqim fis-27 ta’ Diċembru

Dan il-vaċċin kien approvat mill-Istati Uniti u l-Gran Brittanja li diġa bdew it-tilqima.

 

Jekk tingħata l-approvazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, jkun jonqos l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea li mistennija ssegwi nhar l-Erbgħa.

Ir-regolatur tal-mediċini fl-Isvizzera nhar is-Sibt awtorizza l-vaċċin għall-użu f’nies ta ” l fuq minn 16-il sena.