Li tkun produttiv ifisser li tkun kapaċi tispiċċa biċċa xogħol fil-ħin stipulat. Ħafna drabi dan nitfixkluh ma kemm aħna kapaċi li nagħmlu xorti f’ġurnata.
Biex tkun produttiv, jeħtieġ li wieħed ikun jaf jagħraf x’inhu l-aktar importanti għal dik il-ġurnata u jlesti dak ix-xogħol l-ewwel.
- L-ewwel pass hu li telimina dawk l-attivitajiet żejda li jaħlulek ħafna ħin prezzjuż. Dawn l-attivitajiet żgur mhux bżonnjużi speċjalment jekk għandek ġurnata twila quddiemek.
- Qassam ix-xogħol li għandek skont kemm hu importanti.
Tista’ tqassam ix-xogħol skont kemm jirrikjedi ħin, jekk l-ewwel biċċa xogħol fuq il-lista tirrikjedi ħafna ħin, jaf ma tħallilekx biżżejjed enerġija għall-bqija tal-ġurnata. Ħu ħsieb li qabel biċċa xogħol bħal din tkun għamilt xi ħaġa oħra li hi eħfef.
- Ibda billi tlesti u teħles l-affarijiet li huma l-aktar ta’ prijorità.
Importanti li dawn ikunu lesti l-ewwel biex ma toħloqx stress fuqek innifsek.