Illum Man United jibdew jiddefendu t-titlu taħt maniġer gdid

Fl-Ingilterra, illum jibda l-kampjonat tal-Premier League Ingliż, fosthom il-logħba bejn Swansea u Manchester United. Manchester United jibdew  jiddefendu t-titlu li rebħu f’Mejju li għadda bil-maniġer il-ġdid David Moyes u għalhekk jibdew il-ħajja mingħajr Alex Ferguson.

Il-ġimgħa li għaddiet Moyes rebaħ l-ewwel unur ma’ Manchester United meta fil-Community Shield, Manchester United għelbu lil Wigan 2-0.   Moyes li huwa Skoċċiż ukoll, huwa eks Manager ta’ Everton.

Il-logħbiet l-oħra huma

 

Liverpool

? – ?

Stoke

 

Arsenal

? – ?

Aston Villa

 

Norwich

? – ?

Everton

 

Sunderland

? – ?

Fulham

 

West Bromwich Albion

? – ?

Southampton

 

West Ham

? – ?

Cardiff

    
     

Fl-Italja llum u għada jkun logħob tat-3 round tal-Coppa Italia, fost il-logħbiet  hemm dik bejn 

Torino  – Pescara,

Inter – Cittadella,

Atalanta – Bari

 

filwaqt li fi Spanja, fil-Primera Liga llum se jilgħabu

Real Sociedad –  Getafe

Valladolid  –  Granada

Valencia –  Malaga