Aġġornata (2): Macron mistenni jirbaħ maġġoranza komda fil-Parlament

Il-Partit En Marche, tal-President Franċiż Emmanuel Macron jidher li se jirbaħ bejn 355 u 360 siġġu minn 577 fil-Parlament.
Dan hekk kif illum Franza kompliet tivvota fl-elezzjonijiet parlamentari biex tagħżel minn fost dawk il-kandidati li l-Ħadd li għadda ġabu l-aktar voti.
Macron għandu bżonn 289 siġġu sabiex ikun jista’ jikkontrolla l-Assemblea Nazzjonali.
Sa nofsinhar kważi 18% biss tal-votanti biss tefgħu l-vot tagħhom kważi 4% anqas mill-elezzjoni tal-2012.
Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, qed jittama li jkollu mandat qawwi fil-Parlament biex ikun jista’ jgħaddi r-riformi li wiegħed tul il-Kampanja Presidenzjali tiegħu.
Il-Partit tiegħu, La République en Marche u l-partit sieħeb MoDem mistennija li jirbħu l-maġġoranza tal-voti.
Intant il-partit tradizzjonali, li s’issa dejjem kellhom maġġoranza komda fil-Parlament u l-President intgħażel minnhom, qed iħeġġu lill-votanti biex jivvutaw lir-rivali ta’ Macron biex ma jkunx hemm monopolju tal-poter.
Il-President Macron ifforma l-partit tiegħu s-sena li għaddiet u l-kandidati tiegħu huma kollha uħuh ġodda bi ftit li xejn esperjenza politika.
Partit irid jirbaħ 289 siġġu biex ikun jista’ jikkontrolla l-Assemblea Nazzjonali ta’ 577 siġġu. Skont is-sondaġġi, l-Partit Macron mistenni jirbaħ aktar minn 400 siġġu.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Partit ta’ Macron u MoDem, rebħu 32.3% tal-voti.
Ir-Repubblikani ġabu 21.5% filwaqt li l-Front Nazzjonali, il-partit magħruf bħala ta' Marine Le Pen, li kkompetiet ma’ Macron għall-Presidenza, ġab 11%.
Is-Soċjalisti, li sa ftit xhur ilu kienu qed imexxu lil Franza, ġabu biss 9.5% tal-voti.