Aġġornata: Inkonklussiva l-laqgħa dwar l-ikel tal-infermiera – MUMN

Read in English.

L-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet li l-laqgħa li kellha dalgħodu mad-Diviżjoni tas-saħħa sabiex potenzjalment jintlaħaq ftehim dwar il-kundizzjoni tal-ikel tal-infermiera li jaħdmu l-isptar, kienet inkonklussiva.

Xi ġimgħat ilu, l-union ħarġet tilwima industrijali mal-management tal-Isptar Mater Dei dwar kwalità baxxa ta’ ikel għall-istaff imqassma mill-Corinthia Group fl-isptar. Dan minħabba li l-istaff li għandu bżonnijiet ta’ ikel speċjali mhux jingħata meal allowance minkejja li l-fornitur tal-ikel mhux jipprovdi dan it-tip ta’ ikel. L-Union insistiet li mhux aċċettabbli li l-infermiera li qed jaħdmu overtime jiġu penalizzati billi ma jingħatawx allowance għall-ikel.

Aqra: Aġġornata: Mhux aċċettabbli li l-Gvern jagħżel union hu – MUMN

Il-President tal-Union, Paul Pace, qal li din il-kwistjoni ilha għaddejja għal numru ta’ xhur. Sostna li jittama li l-laqgħa tal-lum twassal għal xi tip ta’ ftehim li jkun ġust mal-ħaddiema tal-isptar.

Nhar it-Tlieta, l-Union ħarġet direttivi sabiex l-infermiera ma jakkumpanjawx lill-pazjenti fit-teatri. Jidher li kawża ta’ dan, iddaħħlu għadd ta’ infermiera tal-kuntrattur sabiex jagħmlu dan ix-xogħol.

Aqra: Jitħassru operazzjonijiet fuq azzjonijiet industrijali għall-ikel aħjar tal-infermiera

It-Tlieta kienu tħassru tmien operazzjonijiet minħabba dawn l-azzjonijiet industrijali. L-MUMN qed tgħid li f’Malta ma jeżisti l-ebda dittatorjat u allura persuna m’għandix tkun obligata li tiekol biss dak ikel magħżul d-Direttorat għall-promozzjoni tas-Saħħa.

X’segwa l-laqgħa ta’ dalgħodu?

Fi stqarrija mibgħuta iktar tard illum, Pace qal li ladarba l-laqgħa ma kinitx konklussiva, ġew skedati aktar laqgħat fiż-żmien li ġej. Il-President insista li l-infermiera ma għandhomx jibżgħu dwar il-ħaddiema tal-kuntrattur. Pace qal li ladarba l-isptar kien lest li jħaddem daqstant infermiera b’mod proattiv, mela xi darba l-MUMN għad tista’ tiddeċiedi li ma tħallix lill-membri tagħha jaħdmu fil-kurituri pedjatriċi.

L-MUMN qalet li l-infermiera li jaħdmu l-overtime għandhom jiddeċiedu huma jekk isegwux id-direttivi jew le. Jekk dawn ma jiddeċidux li jsegwu d-direttivi xorta mhux sfurzati li jgħamlu x-xogħol kollu relatat waħedhom.

L-MUMN qalet li d-direttiva relatata mal-użu tal-mobile għandha titwaqqaf madwar l-isptar kollu. Intant, id-direttivi l-oħra kollha se jibqgħu fis-seħħ filwaqt li l-membri ntalbu jżommu ma’ dawn id-direttivi.

Żewġ direttivi ġodda se jkunu qed jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tnejn. Dawn huma:

  • L-infermiera kollha li qed jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza għandhom iżommu lill-pazjenti akuti kollha fil-cubicle sakemm dawn jintbagħtu fil-wards.
  • Ir-rikoverar fit-teatru l-prinċipali fejn isiru l-operazzjonijiet ma għandux isir jekk ma jkunx hemm 10 infermiera kwalifikati fl-anestetiċi tar-raba skala allokati matul il-ġurnata kollha.