Illum l-Għid niċċelebrawh weħidna

Antonella Galea Loffreda tippreżenta edizzjoni oħra tal-programm Il-Kelma fuq l-istazzjon One illum il-Ħadd fil-11.30am.

Illum qed niċċelebraw il-festa tal-Għid il-Kbir. Minflok qed niċċelebrawha flimkien mal-familjari tagħna, barra jew għall-ikel, qed niċċelebrawha waħedna. Illum mhux qed naraw Ġesù rxoxt fit-toroq tagħna. Ma rajniex purċissjonijiet f’jum il-Ġimgha l-Kbira.  Xejn kulħadd kwiet f’daru, jara t-televiżjoni u jimmedita waħdu. Forsi dan huwa żmien importanti wkoll f’ħajjitna, għax qed inkunu aktar konxji ta’ x’inhu importanti f’ħajjitna.

Għal darb’oħra Fr Marcello Ghirlando u Fr Louis Mallia ser iwiegbu għall-mistoqsijiet li bħal kull ġimgħa tagħmel Antonella Galea Loffreda. Fr Rene Camilleri iwassal servizz sabiħ ħafna li se jintwera f’nofs id-diskussjoni. 

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Dan il-programm ukoll gie irrekordjat  qabel ma ngħataw  l-istruzzjonijiet mid-dipartiment tas-saħħa b’rabta mal-COVID-19.