Illum l-anniversarju tat-tieġ tar-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Philip

L-20 ta’ Novembru hu jum speċjali għar-Reġina Eliżabetta għax bħal-lum 72 sena żżewġet lill-Prinċep Philip meta hi kienet għadha l-Prinċipessa Eliżabetta u hu kien il-Logutenent Philip Mountbatten.

Il-ġurnata tat-tieġ tagħhom kienet mimlija xita imma xi wħud ma qatgħux qalbhom u kien hemm minnhom li raqdu fit-toroq matul il-lejl biex filgħodu jkollhom l-aħjar postijiet biex jaraw lill-koppja għaddejja. Jingħad li madwar il-Mall u l-Whithall kien hemm rassa ta’ 50 ringiela waħda wara l-oħra fuq il-bankini biex jarahom sejrin f’Westminster Abbey.

Il-Prinċipessa kienet liebsa libsa kulur l-avorju, miksija bil-fjuri magħmula miż-żibeġ u l-perli b’velu tat-tulle miżmum b’ċirku tad-djamanti li kienet disinjata minn Norman Hartnell.

Xi tagħrif interessanti dwar il-koppja Rjali

It-tnejn iltaqgħu waqt tieġ fl-1934 meta l-Prinċipessa Eliżabetta kellha tmien snin. It-tieġ kien bejn il-kuġina tiegħu, il-Prinċipessa Marina tal-Greċja u d-Danimarka, u z-ziju tal-Prinċipessa, Il-Prinċep George, id-Duka ta’ Kent.  Ir-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Philip huma kuġini mbegħdin ħafna ħafna, u t-tnejn huma neputijiet tar-Reġina Victoria.

Fl-1939 reġgħu ltaqgħu, din id-darba fir-Royal Naval College fejn Philip kien kadett. Eliżabetta kellha 13-il sena u l-aktar li laqatha kien il-fatt li Philip, ta’ 18-il sena, kien kapaċi jaqbeż qisu mhux hu x-xibka tat-tennis.

Fl-1946 Philip rabba l-kuraġġ u talab lir-Re George VI biex jiżżewweġ lil bintu Eliżabetta. Iżda r-Re għamillu kundizzjoni: dik li tixxandarx l-aħbar tal-għerusija tagħhom ma tixxandarx għal sena biex Eliżabetta tkun għalqet il-21 sena. L-għerusija tagħhom tħabbret fid-9 ta’ Lulju 1947.