L-ajruport jerġa’ jiftaħ kompletament – Schembri

Miguela Xuereb

Illum, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkun qed jerġa’ jiftaħ kompletament. Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri permezz ta’ post fuq Facebook.

Fl-aħħar ġimgħat, Malta kienet qed iżżid il-lista ta’ pajjiżi minn fejn kienet qed tilqa’ t-turisti sakemm propju llum l-ivvjaġġar se jkun qed jerġa’ jinfetaħ għad-destinazzjonijiet kollha offruti minn u lejn Malta. Fl-1 ta’ Lulju, Malta kienet bdiet tilqa’ titjiriet minn 19-il pajjiż u s’issa waslu mal-20,000 turist.

Schembri talab lill-ħaddiema, partikolarment dawk fis-settur turistiku, sabiex jagħmlu kuraġġ għax ix-xogħol reġa’ ġej.

Illum ġurnata mistennija minn ħafna ħaddiema f’pajjiżna, hekk kif se jerġa jiftaħ kompletament l-ajruport ✈️, dan wara…

Posted by Silvio Schembri on Tuesday, July 14, 2020

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli kienet spjegat kif fl-ewwel ġimgħa tal-ftuħ tal-ajruport, kien hemm ‘il fuq minn 220 titjira minn u lejn Malta, u 11-il vjaġġ bil-katamaran.