Illum l-10 ta’ Frar

Illum l-għaxra ta’ Frar, il-Knisja f’Malta qed tiċċelebra n-Nawfraġju ta’ San Pawl. Il-Jum huwa għall-Maltin jum kbir, meqjus bħala tifkira tal-magħmudija tA’ Malta.

Fil-quddies kollu ta’ dan il-jum, il-Maltin jintalbu jġeddu r-rabta tagħhom ma’ Kristu. Il-Knisja f’Malta tfakkar b’għożża l-miġja ta’ San Pawl f’dawn il-gżejjer.

Isem Malta insibuh miktub b’tant dettalji minn San Luqa l-Evanġelista fl-Atti ta’ l-Appostli fejn dan jagħti rakkont dettaljat tan-nawfraġju ta’ San Pawl fuq ix-xtut ta’ Malta fis-sena 60 wara Kristu.

San Pawl kien fi vjaġġ fi triqtu lejn Ruma bħala priġunier. Il-ġrajja nsibuha fil-bidu tal-kapitlu tmienja u għoxrin ta’ l-Atti ta’ l-Appostli bil-kliem ‘Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimgħa Malta’.

Il-festa liturġika tan-Nawfraġju ta’ San Pawl qed tiġi ċċelebrata fil-Knisja Kolleġġjata Parrokkjali ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Dalgħodu għandha titmexxa quddiesa mill-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna. Il-festa hija ccelebrata wkoll fil-Knisja Parrokkjali tal-Munxar, fejn dalgħodu se jmexxi quddiesa l-Isqof Mario Grech.

Il-festa fil-Kolleġġjata Parrokkjali ta’ San Pawl fil-Belt Valletta bil-proċessjoni kienet iċċelebrata ħmistax ilu, għaliex illum l-10 ta’ Frar jaħbat il-Karnival.