“Illum kelli niżżewweġ; minflok qed ngħin lill-pazjenti” – infermiera

Infermiera li propju llum kellha tiżżewweġ, minflok libset l-uniformi u marret għax-xogħol biex tgħin lill-pazjenti fl-isptar.

Puttinu Cares, fuq Facebook, ippubblikaw l-istorja ta’ koppja, Daniela Vella u Matthew Muscat, li propju llum, fis-sitt anniversarju tagħhom, kellhom jiżżewġu. L-infermiera spjegat li minflok libset il-libsa l-bajda, libset l-uniformi u marret għax-xogħol. Qalet li llum kellha tkun dik il-ġurnata li ilhom ħajjithom kollha jistennew, iżda ċ-ċirkustanzi ma ppermettewx.

Intant, hi appellat sabiex kulħadd jibqa’ d-dar u jżomm lilu nniffsu sigur.

What a day full of emotions!!! Today is the 6th year anniversary since I first met the love of my life while we were…

Posted by Puttinu Cares on Thursday, April 30, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn