Illum Jum id-Duluri

knisja.mt/ritratti

Fuq talba tal-Arċisqof, il-quddies tal-lum Jum id-Duluri se jixxandar mill-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta.

Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li f’din il-knisja hemm meqjuma x-xbihat devoti tal-Kurċifiss mirakoluż u tad-Duluri li s-soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat-toroq tal-Belt.

Il-Quddiesa tad-9:30am, segwita mit-talba tar-Rużarju, se titmexxa mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

Il-Quddiesa tal-5:30pm, li wkoll se tkun segwita mit-talba tar-Rużarju, se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna.

L-Insara huma mistiedna jingħaqdu fit-talb mal-Isqfijiet waqt il-Quddies li ser jixxandar fuq Newsbook.com.mt, TVM2, NET, ONE, Xejk, Knisja.mt.