Illum jum dedikat lil Mike Bongiorno

Ritratt: Mediaset

Bħal għada 10 snin ilu, fit-8 ta’ Settembru 2009, kien miet il-preżentatur Mike Bongiorno.

Biex jitfakkar l-10 anniversarju minn mindu miet, l-istazzjonijiet Taljani llum se jkunu qed jiddedikaw għadd ta’ programmi biex ifakkru l-memorja tiegħu.

Fuq Canale 5 fid-08.45am Mike Quiz fejn jitwasslu mumenti partikolari mill-bosta programmi ta’ kwiżżis li kien jippreżenta.

Fis-1.45pm Mike Day Viva Napoli fejn se jitwasslu siltiet li kienu qajmu interess mis-sensiela Viva Napoli.

Fl-4pm ikun imiss La Ruota della Fortuna fejn se jitwasslu siltiet minn dan il-programm li tant kien kisiblu suċċess fil-karriera tiegħu.

Fil-5pm ikun imiss Bravo Bravissimo, programm ieħor popolari li hu kien jippreżenta fuq l-istazzjonijiet tal-Mediaset u f’dan il-ġin ukoll jintwerew diversi siltiet li ċertament se jqanqlu ħafna nostalġija.

Fis-6.45pm Gerry Scotti jżomm l-appuntament tiegħu bil-programm Caduta Libera li llum ukoll se jkun dedikat lil Mike Bongiorno. Il-programm illejla jġib l-isem ta’ Caduta Libera – Grazie Mike!

Ritratt: Mediaset

Fid-9.20pm programm ieħor speċjali, Mike Day. Matulu se jintwerew siltiet minn programmi bħal TeleMike, il-famużi serati tat-Telegatto, siltiet mill-kunċert I Tre Tenori u l-programm varjat Buon compleanno Canale 5.

Fuq Rai Uno se jixxandru ukoll żewġ programmi speċjali.

Fit-8.35pm Fiorello jippreżenta Allegria fejn se jirrakonta l-impatt li Bongiorno ħalla fix-xena televiżiva Taljan, kemm fuq l-istazzjon tal-Istat u anki fix-xena tal-istazzjonijiet privati

Fid-9.20pm Amici Ascoltatori, Allegria fejn fost oħrajn jitwasslu wħud mill-mumenti ta’ Bongiorno mal-istazzjon nazzjonali Taljan, minn fejn beda. Fost oħrajn jintwerew ukoll siltiet mill-11-il edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo li huwa kien ippreżenta tul is-snin.

Għada l-Ħadd imiss aktar programmi, hekk kif fuq Rete 4 fit-3pm jintwera Mike CantaVip u eżatt wara programm ieħor speċjali dedikat lil dan l-ikona tat-televiżjoni Taljana.