Jum speċjali llum għall-atturi Ryan Galea u Maria Farrugia, li l-aħħar li rajnihom fuq it-televiżjoni kien fis-sensiela Vigilante li xxandret f’dawn l-aħħar sentejn fuq TVM.
Huma se jkunu qed jiżżewġu aktar tard illejla f’Ħal Qormi.
Il-koppja żagħżugħa ilhom flimkien sa’ mill-2009 u rajnihom f’għadd ta’ produzzjonijiet televiżivi u teatrali.
Fost oħrajn Ryan jibqa’ magħruf għall-parti ta’ Sean is-Simba fis-sensiela L-Evanġelisti, parti li wasslitu biex jirbaħ il-Best Upcoming Talent waqt il-Malta TV Awards.
Il-koppja fetħu wkoll childcare centre bl-isem ta’ Little Me u jgħallmu wkoll id-drama ma’ Freespirit Acting.
newsbook.com.mt jawgura l-isbaħ xewqat lil din il-koppja f’dan il-kapitlu ġdid f’ħajjithom.