Illum jiżżewweġ l-attur Aidan Cauchi

Jum speċjali għall-mudell u attur Aidan Cauchi li llejla se jkun qed jiżżewweġ lill-maħbuba tiegħu Alicia Calleja. Huma ilhom f’relazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn. Biex jiċċelebraw magħhom dan il-jum speċjali llum se jkollhom magħhom lil Jenica, it-tifla ta’ Aidan, u Nina, it-tifla ta’ Alcia.

Lil Cauchi bla dubju li niftakruh f’għadd ta’ sensiliet ta’ drama fosthom Manwela, Iċ-Ċaqqufa, Ratj ma Rajtx, Ħbieb u Għedewwa, Ma Tinbidel Qatt u Eklissi.

Huwa jittrenja wkoll il-Jujitsu u f’Lulju li ġej se jkun ukoll qed jieħu sehem f’kompetizzjoni importanti.

Awguri lil Aidan u lil Alicia għal dan il-jum speċjali u nawgurawlhom futur mill-aqwa.