​Illum jitlesta x-xogħol fuq il-mini ta’ Ħal Kirkop

Transport Malta qalet li llum mistennija jitlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib ta’ partijiet minn Triq l-Ewwel Titjira 1915 u l-mini ta’ Ħal Kirkop
Ġie spjegat li matul il-lejl li għadda, ingħatat l-aħħar kisja asfalt tat-triq li tifforma parti mir-rotta ewlenija lejn il-lokalitajiet taż-Żurrieq, l-Imqabba, Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-Qrendi.
Transport Malta qalet li din il-ħidma hija fażi oħra mill-proġett ta’ titjib f’waħda mill-konnessjonijiet ewlenin bejn iċ-ċentru tal-pajjiż għal din iż-żona li tinkludi diversi lokalitajiet fosthom l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Bħalissa wkoll għaddej xogħol ta’ titjib fir-roundabout ta’ ħdejn ir-Residenza San Vinċenz. Intqal li Triq Ħal Luqa se tiġi ddisinjata mill-ġdid biex titwessa b’korsiji ġodda.