Aġġornata: Pistorius jeħel 5 snin priġunerija…jista’ jagħmilhom id-dar

Oscar Pistorius ġie kkundannat ħames snin priġunerija għall-qtil tal-għarusa Reeva Steenkamp.  L-atleta kien ikkundannat ukoll għal tliet snin oħra minħabba pussess ta’ arma tan-nar, iżda din is-sentenza ġiet sospiża.
Qabel ma qrat is-sentenza, l-imħallef Thokozile Masipa qalet li s-sentenza taħseb li hi l-aktar waħda ġusta kemm fil-konfront tas-soċjetà kif ukoll tal-akkużat.
Il-familja ta’ Reeva Steenkamp dehret sodisfatta bis-sentenza ta’ ħames snin ħabs.
Wisq probabbli, Pistorius se jqatta’ 10 xhur fil-ħabs u l-kumplament tas-sentenza se jiskontaha maqful id-dar.
Il-familja u l-avukat tal-atleta qalu li mhumiex se jappellaw mid-deċiżjoni.
Il-ġuri ta’ Pistorius ilu għaddej seba’ xhur wara li fl-14 ta’ Frar tas-sena l-oħra, involontarjament qatel lit-tfajla tiegħu, il-mudella Reeva Steenkamp ta’ 29 sena.
L-atleta paraolimpiku minn dejjem qal li qatel lill-maħbuba tiegħu bi żball.  Dakinhar ta’ Jum San Valentinu, bil-lejl, lit-tfajla ħasibha ħalliel u kien għalhekk li sparalha.