Illum jiġu eletti l-ħames deputati li fadal tal-Partit Laburista

Illum mistennija jiġu eletti l-ħames deputati li fadal tal-Partit Laburista. Fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar qed issir l-elezzjoni każwali, bil-proċess beda fit-tmienja ta’ dalgħodu. L-elezzjonijiet każwali qed isiru fl-ewwel, fit-tieni, fit-tmien, fl-għaxar u fit-tnax -il distrett.

Fl-ewwel distrett fejn ċeda postu Louis Grech tefgħu n-nomina Yana Bland Mintoff, Luciano Busuttil, John Buttigieg u David Farrugia Sacco.

Fit-tieni distrett fejn ċeda postu l-Prim Ministru Joseph Muscat, tefgħu n-nomina Christopher Agius, Yana Bland Mintoff, Rita Law, Adrian Meli u Victor Sultana.

Fit-tmien distrett fejn ċeda postu Edward Scicluna, tefgħu n-nomina John Buttigieg, Joe Debono Grech, Clifford Galea u Marc Sant.

Fl-għaxar distrett fejn ċeda postu Emanuel Mallia, tefgħu n-nomina Michael Falzon, Clifton Grima, Sigmund Mifsud, Joanne Vella Cuschieri u Nikita Zammit Alamango.

Fit-tnax-il distrett fejn ċeda postu Evarist Bartolo, tefgħu n-nomina Clayton Bartolo, Clifford Galea, Alfred Grima, Deborah Schembri Tabone, Lorna Vassallo u Joanne Vella Cuschieri.