Illum jibdew it-tieni provi għall-Eurovision

Ritratt: Thomas Hanses

Read in English.

Wara pawsa ta’ ġurnata, illum jerġgħu jibdew il-provi għall-ewwel semi finali għall-Eurovision. Dawn il-provi jkomplu għada l-Ġimgħa meta jinkludu wkoll dawk tal-pajjiżi li hemm dirett fil-finali: Spanja, l-Italja, Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Iżrael.

Michela Pace se tkun qed terġa’ titla’ fuq il-palk għat-tieni prova tagħha s-Sibt filgħodu.

Illum il-pajjiżi li se jkunu qed jagħmlu l-provi tagħhom huma Ċipru, il-Montenegro, il-Finlandja, il-Polonja, is-Slovenja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Belarussja, is-Serbja, il-Belġju, il-Ġorġja, l-Awstralja, l-Iżlanda, l-Estonja u l-Portugall.

Intant, jekk s’issa għadek ma rajt xejn mill-provi li saru, hawn għandek issib il-filmati tal-ewwel provi taż-żewġ semi finali.

Siltiet mill-provi tal-ewwel semi finali:

Dawn il-filmati tal-ewwel provi tat-tieni semi finali, inkluż dak ta’ Michela għal Malta: