Illum jibdew l-Konklavi

Illum jibda jiltaqa’ l-konklavi, biex jinħatar il-kap ġdid tal-Knisja Kattolika wara r-riżenja tal-Papa Benedittu XVI. Il-kardinali se jieħdu sehem f’quddiesa speċjali li bdiet fl-10am, qabel ma jidħlu fil-kappella Sistina.

Mill-lum wara nofsinhar, tibda issir votazzjoni sakemm kandidat iġib żewġ terzi tal-voti. Qabel tibda l-ewwel votazzjoni, il-kardinal Malti Prospero Grech se jmexxi l-meditazzjoni.

Wara kull votazzjoni, jinħarqu l-karti użati waqt il-votazzjoni biex iċ-ċumnija turi jekk kienx elett papa jew le.

Jidher li s’issa m’hemmx xi kandidat li mistenni jġib żewġ terzi mal-ewwel. Madanakollu, qed jissemmew ħafna l-Arċisqof ta’ Milan Angelo Scola, il-kardinal Brażiljan Odilo Scherer, u l-arċisqof ta’ Boston Sean O’Malley.

Programm tal-lum:
10:00 – Quddiesa fil-Vatikan qabel jibda l-Konklavi
15:45 – Il-Kardinali jitilqu mir-residenza Santa Marta lejn il-kappella Pawlina
16:30 – Purċissjoni mill-Kappella Pawlina lejn il-Kappella Sistina
16:45 – Jittieħed il-ġurament qabel jibda l-Konklavi. Wara ssir il-meditazzjoni mmexxija mill-Kardinal Prospero Grech
Wara jittieħed l-ewwel vot
19:15 – Vespri
19:30 – Il-Kardinal jidħlu lura fir-residenza Santa Marta