Illum jerġgħu jiftħu r-ristoranti, il-parrukkiera u tad-dwiefer

Miguela Xuereb

Read in English.

Illum għadd ta’ miżuri meħudin minħabba l-coronavirus se jiġu llaxkati sabiex jerġgħu jinfetħu r-ristoranti, il-parrukkiera u l-barbiera, tad-dwiefer, u l-beauticians. Apparti dan, in-nies jistgħu jiltaqgħu fi gruppi ta’ sitta f’postijiet pubbliċi, u t-taħriġ sportiv jista’ jibda jsir fi gruppi ta’ sitta. Is-swieq huma permessi jiftħu mill-ġdid.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela, mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, u mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci din il-ġimgħa.

L-aħbar ntlaqgħet tajjeb minn uħud li huma ħerqanin biex ħajjithom tibda tieħu xejra aktar normali, minn negozjanti u sidien ta’ negozji li jeħtieġu li jiftħu biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom ekonomikament. Madankollu, kien hemm uħud fost is-sidien li stqarrew li jippreferu jibqgħu joffru servizzi ta’ take-away u delivery milli jiftħu n-negozji tagħhom, ġaladarba hemm għadd ta’ linji gwida li jridu jsegwu, fosthom illi jekk għandhom xi mwejjed barra, huma mħeġġin jużaw dawn biss, u mhux l-imwejjed ta’ ġewwa. Xi kunsilli lokali wrew tħassib ukoll fuq l-armar tal-monti, peress li jħossu li huwa wisq ta’ riskju.

Il-ħaddiema tas-saħħa wkoll opponew din id-deċiżjoni, għaliex wissew li Malta dieħla, jew diġà bdiet, bit-tieni mewġa tal-coronavirus, issa li l-għadd tal-każijiet ta’ kuljum qed ikun ogħla minn 10, billi fl-aħħar jumejn ġew reġistrati 30 każ, 15-il każ kull ġurnata. Ilbieraħ, fi stqarrija maħruġa mill-MAM u mill-UĦM, huma appellaw lill-Gvern sabiex il-miżuri jintreħew ġimagħtejn oħra minflok. Din l-istqarrija ma wasslet għall-ebda stqarrija ministerjali.

Uħud spekulaw li din id-deċiżjoni ġejja mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li l-awtoritajiet tas-saħħa ma jaqblux magħha. Saħansitra nxtered għajdut li Prof. Charmaine Gauci daħħlet ir-riżenja tagħha. Hija ċaħdet dan fi stqarrija li għamlet ilbieraħ u qalet li beħsiebha tkompli taħdem għal Malta.

Intant, il-Gvern ħareġ b’għadd ta’ miżuri għal kull settur li se jerġa’ jinfetaħ.

Għar-ristoranti:

Għall-parrukkiera u l-barbiera:

Għal tad-dwiefer:

Għal tal-monti:

Dwar it-taħriġ sportiv:

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn