Illum jaslu 6 Maltin u 26 ċittadin tal-UE mil-Libja

B’kollox niżlu Malta erba’ ajruplani mil-Libja, b’wieħed minnhom ikollu abbord 19-il passiġier, sitta minnhom Maltin.
Ajruplan ieħor tal-linja tal-ajru Petro Air wasal minn Misurata b’37 passiġġier. 26 mill-passiġġiera kienu ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, niżel ukoll jet privat tal-Gvern Libjan, li fuqu ma kellux passiġġieri għajr sitt membri tal-ekwipaġġ.
Fl-4.20 ta’ waranofsinhar niżel ajruplan ieħor biex ibiddel il-membri tal-ekwipaġġ.
Sadanittant, il-Gvern Malti qed jistenna iktar informazzjoni dwar vjaġġ tal-Medavia li telaq minn Mitiga b’sitt passiġġieri abbord.