Illum iż-Żebbuġ kien aktar kiesaħ mis-soltu!

Bħala l-aktar post għoli f'Għawdex, ir-residenti taż-Żebbuġ huma mdorrija li jħossu xi ftit aktar kesħa. Illum iżda ħassewha aktar mis-soltu, tant li għamlet ħalba silġ tajba.
Fir-ritratt li ttieħed ftit tal-ħin ilu fiż-Żebbuġ jidher is-silġ li nġabar wara din il-ħalba.
Anke f'Malta, illum inħasset il-kesħa, iżda minkejja dan u t-temp xejn sabiħ, għadd ta' għawwiema qabżu l-baħar b'risq id-Dar tal-Providenza u ġabru €2,300.

Jekk fejn toqgħod int għamlet xi ħalba silġ u għandek xi ritratti, ibgħatilna fuq news@newsbook.com.mt

Ritratt: Bascal Mallia u Gozo Weather Page