Illum it-tieni jum ta’ provi tal-Eurovision

Andres Putting

Ikomplu llum f’Tel Aviv fl-Iżrael l-ewwel provi għall-fażi tal-ewwel semi finali. Filwaqt li l-bieraħ disa’ pajjiżi għamlu l-provi tagħhom, illum ikun imiss dawk ta’ tmien pajjiżi oħra li huma l-Belġju, il-Ġorġja, l-Awstralja, l-Iżlanda, l-Estonja, il-Portugall, il-Greċja u San Marino.

Għada t-Tnejn 6 ta’ Mejju jibdew l-ewwel provi tal-parteċipanti fit-tieni semi finali filwaqt li Michela tagħmel l-ewwel prova tagħha għal Malta bil-kanzunetta Chameleon nhar it-Tlieta 7 ta’ Mejju filgħodu.

Andres Putting

L-Erbgħa mbgħad ma jsiru l-ebda provi filwaqt li mill-Ħamis 9 ta’ Mejju jibdew il-tieni provi tal-ewwel semi finali.