Illum it-tielet jiem ta’ provi tal-Eurovision

Thomas Hanses

Illum f’Tel Aviv fl-Iżrael se jsiru l-provi tal-wirjiet tal-ewwel grupp tat-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest li se jsiru l-Ħamis 14 ta’ Mejju. Dawn huma l-Armenja, l-Irlanda, il-Moldova, l-Iżvizzera, il-Latvja, ir-Rumanija, id-Danimarka, l-Iżvezja u l-Awstrija.

Għada jkun imiss it-tieni grupp mit-tieni semi finali fosthom Malta hekk kif għall-ewwel darba jiġi żvelat dak li hemm pjanat għall-kanzunetta ta’ Malta,Chameleon, interpretata minn Michela.

Il-kantanta Maltija u d-delegazzjoni Maltija se jkunu qed jitilqu minn hawn u ftit ieħor lejn Tel Aviv.

Awguri Michela! Awguri Malta!

Thomas Hanses