Illum issir it-tielet laqgħa tal-mexxejja Ewropej

FILE PHOTO: European Commission President Jean-Claude Juncker attends a round table at the European Union leaders summit that aims to select candidates for top EU institution jobs, in Brussels, Belgium June 30, 2019. Geoffroy van der Hasselt/Pool via REUTERS

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea inġabru llum għat-tielet jum konsekuttiv ta’ diskussjonijiet fuq il-pożizzjonijiet l-aktar għolja tal-bloc tat-28 pajjiż. Jidher li minkejja kollox ma tantx kien hemm titjib fid-differenzi fundamentali li kien hemm bejn il-pajjiżi.

Il-bloc li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jinqasam, il-mexxejja qed jippruvaw jibbilanċjaw l-affiljazzjonijiet politiċi, l-interessi varji ta’ reġjuni differenti u n-nuqqas ta’ nisa f’pożizzjonijiet għolja.

Uħud mill-mexxejja spiċċaw anke saħansitra raqdu waqt id-diskussjonijiet kawża tal-għajja li ġabet magħha l-aħħar laqgħa li baqgħet għaddejja sas-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu. Il-laqgħa ntemmet billi waqfet lil Frans Timmermans milli jieħu l-pożizzjoni ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Presidenza tal-Kummissjoni bħalissa tinsab f’idejn Jean-Claude Juncker u hija waħda minn ħames pożizzjonijiet għolja li flimkien se jmexxu l-policies Ewropej fil-ħames snin li ġejjin.