Illum isir l-għadd tal-voti ta’ 23 lokalità

Miguela Xuereb

Illum fis-2 pm mistenni jibda l-proċess tas-sorting tal-voti tal-Kunsilli Lokali.

Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi, bil-voti tal-lokalitajiet fl-ewwel grupp jibdew jingħaddu llum. Iż-żewġ gruppi l-oħra jiġu pproċessati l-Ħamis u l-Ġimgħa.

Illum, il-voti li se jingħaddu se jkunu dawk minn Birżebbuġa, Għajnsielem, Ħad-Dingli, Ħal Balzan, Ħal Tarxien, Ħaż-Zebbuġ, il-Belt Valletta, il-Fontana, il-Marsa,il-Mellieħa, il-Qrendi, in-Nadur,  ix-Xewkija, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, l-Għasri, l-Iklin, l-Imqabba, Pembroke, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, u Ta’ Xbiex.

Għall-ħabta tal-5 pm mistenni jibda l-proċess tal-għadd tal-voti.

X’maġġoranza kellhom il-kunsilli fl-elezzjonijiet preċedenti?

  • Birżebbuġa PL
  • Għajnsielem PN
  • Ħad-Dingli PL
  • Ħal Balzan PN
  • Ħal Tarxien PL
  • Ħaż-Zebbuġ PL
  • il-Belt Valletta PN
  • il-Fontana PN
  • il-Marsa PL
  • il-Mellieħa PL
  • il-Qrendi PL
  • in-Nadur PN
  • ix-Xewkija PL
  • iż-Żejtun PL
  • iż-Żurrieq PL
  • l-Għasri PN
  • l-Iklin PN
  • l-Imqabba PL
  • Pembroke PL
  • San Ġiljan PN
  • San Pawl il-Baħar PL
  • Santa Venera PL
  • Ta’ Xbiex PL

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fl-elezzjonijiet tal-MEPs il-PL akkwista 54.29% tal-voti filwaqt li l–PN ġab 37.90%