“Illum inħossni aħjar minn meta kont iżgħar” – Ryan

Ritratt: JJ Chircop

Ġurnata speċjali għall-preżentatur Ryan Borg li llum qed jiċċelebra għeluq il-35 sena tiegħu. Twieled bħal-lum fl-1985.

Mistoqsi xi jfisser għalih dan il-jum huwa qalilna li “Ġurnata bħall-oħrajn għalkemm huwa jum  li fih nara lil Ryan aktar matur u jaf xi jrid. Hawn min jgħid li jixtieq imur lura fiż-żmien imma jien ma ngħidx hekk għax illum inħosni aħjar minn meta kont iżgħar,” qalilna hu.

Rakkont ħelu ta’ Ryan huwa ta’ meta kien iżgħar. Kellu amdwar 6 jew 7 snin. Kien mar l-iskola bil-kejk biex jaqsmu mat-tfal tal-iskola. Iżda dan l-imbierek kejk waqgħalu u Ryan ta’ tifel li hu kien għamel pandemonju.

“Dakinhar tħassruni u ma nafx kif minflok b’kejk wieħed spiċċajt b’erba’,” qalilna hu bi tbissima hekk kif ġedded il-memorji ta’ dan l-episodju partikolari ta’ tfulitu.

U llum jagħmel pandemonju fil-um ta’ għeluq sninu?

“Jiena ma nħobbx daqq ta’ trombi u festini kbar,” qalilna hu waqt li saħaq li f’da il-jum hu jfittex li jgħaddih rilassat mal-persuni viċin tiegħu.

Awguri Ryan!