Filmat: Il-President Vella jieħu t-tilqima kontra l-COVID-19

Il-President ta' Malta, l-E.T. George Vella, jieħu l-vaċċin għall-COVID-19.

Il-President ta' Malta, l-E.T. George Vella, jieħu l-vaċċin għall-COVID-19.

Posted by saħħa on Tuesday, January 5, 2021

Intervistat it-Tlieta filgħodu fuq TVM, il-President ta’ Malta George Vella qal li se jkun qed jieħu t-tilqima kontra l-COVID-19 illum waranofsinhar.

Matul l-intervista l-President Vella ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jieħu t-tilqima ħalli fil-pajjiż tkun tista’ tinbena l-immunità kontra l-pandemija tal-coronavirus.

Il-President Vella esprima wkoll il-fiduċja fil-vaċċin u qal li jittama li ma jkunx hawn varjanti oħra tal-coronavirus li jkunu aktar b’saħħithom għaliex hemm fejn is-sitwazzjoni tikkomplika ruħha. Hawn il-President George Vella qal li s-sena 2021 tkun waħda tajba jekk l-awtoritajiet irnexxielhom ilaqqmu kemm jista jkun nies u ma jkunx hawn varjazzjnijiet tal-virus.