Il-Papa Franġisku jgħammed 33 tarbija

Il-Papa Franġisku għammed 33 tarbija waqt Quddiesa fil-Kappella Sistina fil-Vatikan.
Hija tradizzjoni antika, li fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej, il-Papa jgħammed trabi u jilqagħhom uffiċjalment bħala membri tal-Knisja.
It-trabi, din is-sena kienu 12-il tifel u 21 tifla, u huma kollha tfal ta' impjegati tal-Vatikan.
Il-festa tal-Magħmudija ta' Ġesù, tiġi ċċelebrata kull sena Ħadd fuq l-Epifanija u tagħlaq iż-żmen liturġiku tal-Milied. Dan ifisser li issa jibda ż-żmien ta' matul is-sena sakemm jibda r-Randan.
Il-Kappella Sisitina hija l-post li fih jinġabru l-Kardinali waqt il-Konklavi biex jagħżlu l-Papa.