Illum il-Knisja tagħti bidu għall-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

Illum Ħadd il-Palm, il-Knisja tagħti bidu għall-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan huwa l-ewwel ħadd tal-passjoni li jaħbat eżattament tmint ijiem qabel.

F’dan il-jum il-knisja tfakkar id-dħul ta’ Ġesu f’Ġerusalemm . Huwa l-jum li fiħ issir iċ-ċerimonja li jitbierek il-palm u ż-żebbuġ.

L-Arċisqof Pawlu Cremona se jmexxi funzjoni tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ fid-9.15 ta’ dalgħodu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta u wara quddiesa stazzjonali.

Illum ukoll isiru żewġ purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-kbira. Waħda f’Ħal Għargħur u l-oħra f’Ħal Għaxaq.