Illum il-ġnien ta’ San Anton miftuħ għall-Festa taċ-Ċitru

Illum il-Palazz ta’ San Anton jiftaħ il-bibien tiegħu għal edizzjoni oħra tal-Festa taċ-Ċitru.
Il-pubbliku jkun jista’ jżur il-ġnien tal-Palazz, filwaqt li jammira l-ġmiel tiegħu u jistrieħ mal-familja, jkun hemm diversi stands minn fejn jista’ jixtri larinġ, lumi, mandolin u prodotti oħra taċ-ċitru. 
Barra minn hekk il-kċina tal-Palazz tipprepara wkoll ikel u ħelu kollox magħmul mill-larinġ u l-lumi.
Il-flus kollha li jinġabru waqt l-attività jmorru b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Madwar il-ġnien u l-Palazz se jkun hemm ukoll diversi attivitajiet għall-kbar u għat-tfal.
Fil-Palazz ta’ San Anton hemm madwar 600 siġra taċ-ċitru fosthom speċi differenti ta’ larinġ.

Ritratti: L-istrina fuq Facebook