Illum: Il-funerali ta’ Jessica, Zach u Daryl

Illum, ġurnata ta’ dieqa għal bosta hekk kif se jkunu qed jingħataw l-aħħar tislima it-tliet żgħażagħ Maltin, Jessica Micallef, Zach Meli u Daryl Aloisio, li tilfu ħajjithom f’inċidenti separati fl-aħħar ġimgħat.
Il-funeral tat-tfajla Jessica Micallef, li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr nhar it-Tnejn li għadda, se jsir fis-2pm fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat.
Dak taż-żagħżugħ Zach Meli li tlief ħajtu f’Paceville fil-11 ta’ Marzu se jsir fil-Knisja tal-Ibraġ fis-2pm. 
Il-funeral ta’ Aloisio li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta t-Tnejn li għadda wkoll sar fit-8:30am, fil-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Illum kellu jsir ukoll il-funeral ta’ Giulio Baldacchino li tilef ħajtu l-Ħadd li għadda fi Triq il-Kosta. Madanakollu, għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa, il-funeral tiegħu ġie pospost indefinittivament.