Filmat: Għawdex jagħti l-aħħar tislima lil Christine

Illum tingħata l-aħħar tislima Christine Gauci, li mietet waqt li kienet qed togħdos fi Mġarr ix-Xini l-ġimgħa li għaddiet.

Il-funeral se jsir ġol-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex. Il-Banda La Stella se tkun qed issellem lil Christine fis-2.30pm biex imbagħad tibda l-quddiesa fl-4pm.

Għeżież Ħbieb tiegħi,Grazzi għat-talb u tas-sapport kbir tagħkom!!!L-aħħar tislima lil għażiża binti Christine GauciNhar il-Ħamis 3pm Ir-Rabat GħawdexYou may kindly wish to share. Thank you

Posted by Mary Gauci II on Sunday, January 19, 2020

Bosta persuni għaddew messaġġi ta’ kondoljanzi u dispjaċir dwar il-mewt ta’ Christine, li ħallietna nhar is-Sibt li għadda. Hija kienet maħbuba ħafna fil-komunità Għawdxija, kienet bandista u suldat mal-Forzi Armati ta’ Malta.