Awguri lill-preżentatur u attur Joe Tanti li flimkien ma’ martu Michelle qed jiċċelebra għeluq il-ħames snin miż-żwieġ tagħhom. Il-koppja Tanti għandhom ukoll tifel, Andrew, li twieled fl-2016.
Joe u Michelle kienu żżewġu bħal-lum it-3 ta’ Lulju tal-2015 f’Għawdex, fejn ukoll jgħixu.
Joe, li rajnieh bħala attur f’bosta produzzjonijiet bħal Qlub Imweġġgħa u Deċeduti, huwa wkoll missier ta’ żewġ ulied oħra, Marc u Michael, kif ukoll missier tar-rispett għaż-żewġt ulied ta’ Michelle, Liam u Julian.
Għal dan l-anniversarju, Joe esprima l-awgurju tiegħu permezz ta’ ftit kliem li jnisslu tbissima:
Awguri għal dan il-jum speċjali.