Filmat: Newsbook Q&A ma’ Dr Tanya Melillo dwar Covid-19

Read in English.

Jista’ l-coronavirus jittieħed minn persuni li jġorru l-virus u ma jkollhomx sintomi? Il-coronavirus jista’ jittieħed minn nemus? Min għandu t-tilqim tat-trabi, għandu jipposponih?

Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li Sylvana Debono staqsiet lil Dr Tanya Melillo, Konsulent fil-Mediċina fil-qasam tas-Saħħa Pubblika waqt Newsbook Q&A.

Jekk għandek mistoqsijiet għal Dr Melillo tista’ tibgħathom fuq ask@newsbook.com.mt jew fuq whatsapp fuq 99118400.

Jekk it-test joħroġ negattiv, jista’ jkun persuna toħroġ pożittiva aktar tard għax it-test ikun sarlu kmieni?

Dr Tanya Melillo qalet li hemm ċans li dan jiġri li jkun hemm kmieni wisq biex ikun hemm biżżejjed volum tal-virus biex jinqabad il-virus mill-iswab test. Qalet li fil-maġġoranza, il-każi jinqabdu kollha.

Għaliex in-nies affettwati bl-asthma m’humiex qed jiġu kkunsidrati vulnerabbli?

Dr Tanya Melillo qalet li mhux kulħadd għandu l-asthma gravi li jkollhom bżonn għajnuna medika u jispiċċaw fuq l-isteroids. Qalet li min isofri minn hayfever jew kellu l-asthma meta kien żgħir u kiber minnha mela mhux persuna vulnerabbli.